Tfulija

Ġuża Bugeja bint Mikiel u Karmena nee Vassallo twildet fir-Rabat ta’ Malta nhar it-3 ta’ Ottubru 1927 u sfat imghammda l-ghada 4 ta’ Ottubru 1927. Il-Parrinijiet ixxurtjati taghha kienu Govanni u Anna Psaila u t-tieni isem taghha kien Frangiska. Hija s-seba’ forst ghaxart ulied. Sa minn ckunitha kienet sinciera, cajtiera hafna, thobb tghid is-sewwa u mhegga hafna ghat-taghlim tad-Duttrina, hekk li ta’ erba’ snin u nofs, il-Kappillan ta’ dak iz-zmien, wara Monsinjur Buhagar, wara li stharrigha ma’ shabha u ghal tliet darbiet wiegbet tajjeb hafna qataghha li jhalliha taghmel l-Ewwel Tqarbina. Ġuża wkoll hadet is-Sagrament tal-Griezma ta’ l-Isqof u f’dik l-okkazzjoni kellha x-xorti, b’ferh kbir ta’ qalbha, toffri bukkett fjuri lill-Isqof.