Innu

l-innu ta’ ġuża bugeja

(Muzika ta’ Mro. Edgar Gatt O.P.)

 

Lil Ġuża Bugeja
Is-Sliem u l-foħrija
Nagħtuha għalenija
Maltin u Għawdxin
B’qalb ħelwa w irżina,
Mimlija tjubija,
Bis-safa mogħnija
Tat-trabi ċkejknin.
Għalkemm kollha ħajja.
Fil-fjur taż-żgħożija,
Barriet kull tpaxxija
Għan-nies midinbin. 
Ħalliet Art Twelidha,
Fejn ħadmet b’qlubija
Għall-ġieħBin Marija,
Fost ħutna msefrin.
Bl-imħabba lejn għajrha
Bil-wisq sfat mifnija
Dit-tfajla Rabtija
Sebħ tagħna l-Maltin 
Illum wara mewtha
Mil-lok tat-tgawdija
Hi l-faraġ, thennija
Tal-qlub imnikktin!
 RITORNELL (wara kull żewġ strofi)

Warda ċkejkna ta’ bjuda smewwija!
Ġilju safi li jqattar id-demm!
B’fomm daħkani fost l-eħrex tbatija,
Qatt ma daqet in-nigża tas-semm!!

 

Nihil Obstat: Die 19 Martii, 1968 Can. Jos. Lupi Cens. Tehol.